36.Yaseen

  1. Ja'. Sin
  2. (Allajgħid: Naħlef) fuq il-Qoran kollu għerfl
  3. Inti (Muħammad) tabilħaqq mill-Mibgħutin (ta' A/la għall-bnedmin kollha)
  4. fit-triq id-dritta
  5. (Dan il-Qoran huwa) Ktieb imniżżel (bir-Rivelazzjoni) tal-Qawwi, il-Ħanin
  6. biex twissi ġens. (il-Mekkin) li missirijietu ma kinux imwissijin, u għalhekk ma jagħtux kas (ta' l-Islam)
  7. Seħħet tassew il-Kelma (dwar il-kastig ta' Alla) kontra l-kotra tagħhom, u huma ma jemmnux
  8. Aħna tabilħaqq għamilna l-ktajjen f'għenughom. (i jaslu) sal-gdiedem (tagħhom u b'hekk) irjushom huma mtellgħin 'il fuq
  9. U għamilna (ukoll) sadd quddiemhom u sadd warajhom; u għattejniehom, u huma ma jarawx
  10. Huwa. l-istess għalihom sew jekk twissihom (Muħammad) u sew jekk ma twissihomx ma jemmnuxi
  11. Imma (jiswa) li twissi biss lil-min jimxi fuq it-tifkira (il-Qoran) u jibża' bil-moħbi minn Dak (A/fa) Kollu Ħniena, Mela agħtih il-bxara tal-maħfra u ta' ħlas tajjeb u kotran
  12. Aħna tabilħaqq inqajmu l-mejtin (f'Jum il-Ġudizzju) u niktbu dak (it-tajjeb u l-ħażin) li għamlu, u dak li ħallew warajhom. Kollox niżżilna fi ktieb mill-aktar ċar
  13. Ġibilhom (Muħammad) l-eżempju ta' nies il-belt, meta ġewha l-Mibgħutin (ta' Alla)
  14. Meta bgħatnielhom tnejn u giddbuhom, u. għalhekk saħħaħniehom. bit-tielet (Mibgħut. It-tliet Mibgħutin) qalu: 'Aħna tassew mibgħutin. għandkom (biex inwasslulkom it-twemmin tassew)
  15. Qalu (nies il-belt): 'Intom m'intomx għajr bnedmin bħalna, u Dak Kollu Ħniena ma niżżel xejn (ebda rivelazzjoni). M'intomx ħlief tigdbul
  16. Qalu. (il-Mibgħutin): ''Sidna jaf li aħna tabilħaqq għandkom mibgħutin
  17. u dmirna ma huwiex għajr li nwasslu biċ-ċar. (il- messaġġ)
  18. Qalu (nies il-belt): ' Tabilħaqq li sibna: fikom riżq ħażini Jekk m'intomx se tieqfu, tassew se nħaġġrukom, u jmisskom mingħandna kastig ta' wġigħ kbiri
  19. Qalu (il-Mibgħutin): (ir-riżq ħażin tagħkom huwa magħkom. (Qegħdin. tgħidu (dan) għaliex intom imfakkrin (timxu tajjeb, iżda qegħdin twebbsu qalbkom u ma tridux tafu) Lel Intom nies li għamiltu wisq ħażeni
  20. U ġiejiġri raġel (jismu Ħabib 'an-Naġġar) mill-ibgħad naħa tal-belt. Qal: 'Ja niesi, imxu wara l-Mibgħutinl
  21. Imxu wara dawk li ma jitolbukomx ħlas, u jinsabu fit- triq it-tajbal
  22. U għaliex ma għandix naqdi u nqim lil Dak li ħalaqni, u li għandu għad titreġġgħu lura
  23. Jaqaw għandi nieħu għalija allat (oħra) minfloku (meta naf li), jekk Dak (Alla) Kollu Ħniena jridni f'xi ħsara, l- interċessjoni. tagħhom ma tiswieli: xejn, U lanqas jeħilsuni
  24. (Jekk nagħmel hekk) mela jiena nkun tassew f'telfien mill-aktar ċar
  25. Jiena tabilħaqq emmint f'Sidkom. Mela isimgħunil
  26. Intqal (lil Ħabib 'an-Naġġar): ''Idħol il-Ġennaf' Huwa qal: Mhux li niesi kienu jafu
  27. b'dak li ħafirli Sidi, u għamilni minn dawk ta' ġieħi
  28. Warajh, ma niżżilniex suldati mis-sema kontra niesu, U lanqas qatt inniżżlu
  29. Kien biss ħoss qawwi wieħed. u arahom ħemdin (u bla ħajja)
  30. Jaħasra l-qaddejjal Ma. jiġihomx Mibgħut lima jżebilħuhx
  31. Jaqaw ma jarawx kemm-il nisel qridna qabilhom, li ma jerġgħux lura għandhom (f'din id-dinja)
  32. U Ikoll kemm huma għad jinġiebu quddiemna (f'Jum il-Ġudizzju)
  33. Sinjal għalihom hija l-art mejta: Aħna nagħtuha l-ħajja u minnha noħorġu (kull għamla ta') qamħ, u minnu jieklu
  34. Fiha nqiegħdu ġonna tas-siġar tal-palm u dwieli, u fiha noħorġu għejun igelglu
  35. biex jieklu mill-frott tiegħu (dan il-ġid) u minn dak li għamlu idejhom (meta ħadmu l-art). Jaqaw ma jiżżux ħajr (ta' dan kollu)
  36. Sebħ lil Dak li ħalaq tnejn tnejn minn kulma tnibbet l- art, u minnhom infushom (ħa/aq raġel u mara), u minn dak li ma jafux
  37. U sinjal (ieħor) għalihom (tal-kobor ta' Alla) huwa l- lejl: hekk kif inneħħu minnu n-nhar (bid-dawl tiegħu), arahom isibu rwieħhom fid-dlam
  38. Ix-xemx tiġri lejn tmiem maħsub għaliha. Dak huwa d- digriet tal-Qawwi li jaf kollox
  39. Il-qamar qassamnieh f'taqsimiet, sa ma jsir bħall-fergħa qadima ta' palma (li minnha jiddendel. l-għanqud tat- tamar)
  40. La x-xemx ma għandha tilħaq il-qamar, u lanqas il-lejl ma għandu jisboq in-nhar, Kollox idur fid-dawra tiegħu
  41. U sinjal (ieħor) għalihom huwa li Aħna ġarrejna lil nisilhom (waqt id-dilluvju) fl-arka l-mgħobbija
  42. (U ħlaqnielhom bħalha fdik l-arka) biex jirkbu (u jbaħħru)
  43. Jekkirridu, ngħerrquhom u ma jsibux min jgħinhom, u lanqas jinħelsu (mill-għarqa)
  44. ħlief bil-ħniena tagħna, u biex igawdu għal ftit żmien
  45. Meta jingħad lilhom: ''Ibżgħu minn (dak il-kastig) li jinsab. quddiemkom. (f'din. id-dinja) u warajkom. (fil- Ħajja l-Oħra), biex forsi tintwera ħniena magħkom, (huma xorta waħda ma jagħtux widen)
  46. Ma jiġihomx sinjal mis-sinjali ta' Sidhom lima jagħtuhx il-ġenb
  47. Meta jingħad lilhom: 'Onfqu (għall-foqra) minn dak li Alla takom. (għall-għajxien. tagħkom).' dawk bla twemmin jgħidu lil dawk li jemmnu: 'Jaqaw għandna nitimgħu lil min Alla, jekk irid, jista' jitimgħu (Hu) 7' M'intomx ħlief f'telfien mill-aktar ċart
  48. U jgħidu (ukoll ta' bla twemmin): ''Meta (sseħħ) din il- wegħda (dwar Jum il-Qawmien), jekk qegħdin tgħidu s- sewwa
  49. Ma għandhomx jistennew ħlief ħoss qawwi li jeħodhom (għal għarrieda) filwaqt li jkunu jitlewmu (u medhijin fin-negozju tagħhom)
  50. Ma jkunux jistgħu jagħmlu testment, u lanqas imorru lura għand nieshom
  51. Tindaqq it-trumbetta, u arahom, mill-oqbra lejn Sidhom joħorġu mgħaġġlin
  52. Jgħidu (dak il-ħin): 'Msieken aħnal Min qajjimna mill- marqad tagħnaf' Dan huwa li wiegħed Dak li huwa Kollu Ħniena, u sewwa qalu l-Mibgħutin (tiegħu)
  53. Majkunx ħlief ħoss qawwi wieħed, u arahom, jinġiebu Ikoll quddiemna
  54. Illum (f'Jum il-Ġudizzju) ebda ruħ ma ssir inġustizzja magħha, u ma titħallsux jekk mhux ta' dak li kontu tagħmlu
  55. Tabilħaqq li Ilum: nies il-Ġenna medhijin jithennew (b'Alla)
  56. Huma u n-nisa tagħhom (jinsabu) fid-dell, fuq id-divani mimdudin
  57. Ikollhom il-frott fiha (fil-Ġenna) , u jkollhom kulma jitolbu
  58. Sliemi' Kelma (jisimgħuha) minn Sid Ħanin
  59. Oqogħdu għalikom illum, intom il-ħatjint
  60. Jaqaw ma kontx għedtilkom, ja wlied Adam, biex ma tqimux lix-Xitan, (għaliex) huwa. tabilħaqq għadu tagħkom, fil-beraħ
  61. biex tqimu lili 7 Din hija triq dritta
  62. Huwa tassew wassal għat-telfien. ġemgħat kbar minnkom. Kif ma stajtux tifhmu
  63. Dan hu l-Infern li kontu mwegħdin
  64. Inxtwew fih, illum, talli kontu tiċħdu t-twemmini
  65. Ilum (f'Jum il-Ġudizzju) inqiegħdu siġill fuq fommhom (hekk li-ma jkumix jistgħu jkellmuna), u jkellmuna idejhom, u jixhdu riġlejhom għal dak li kienu għamlu (f'ħajjithom)
  66. Kieku ridna, stajna nħassrulhom: għajnejhom (iċ nagħmuhom), u (imbagħad arahom) jiġru (mitlufin) u jippruvaw jgħaddu lil xulxin biex isibu t-triq (ta' A/ 1a), iżda kif jistgħu jaraw(ha)
  67. U kieku ridna, stajna nibdluhom, fejn huma, (f'xi ħaġa oħra, kerha), hekk li la jkunu jistgħu jitilqu u lanqas jerġgħu lura
  68. Lil min nagħtuh ħajja twila, inreġġgħuh lura għalli kien meta nħalaq (f'qagħda dgħajfa). Jaqaw ma jifhmux
  69. Ma għallimniehx (lil Muħammad) il-poeżija, u lanqas ma tixraqlu. (Dan il-Ktieb) ma huwiex ħlief tifkira u Qoran ċar
  70. biex iwissi lil min hu (tassew) ħaj, u biex il-kelma (ta' kundanna) sseħħ ma' dawk li ċaħdu t-twemmin
  71. Mela ma jarawx li, minn dak (kollu) li għamlu idejna, ħlaqnielhom il-frat, u li huma s-sidien tagħhom
  72. Għamilnihomlhom: joqogħdu għalihom, u hemm minnhom li jirkbuhom u oħrajn jieklu (minnhom)
  73. Fihom isibu ħwejjeġ oħra ta' fejda u xorb. Jaqaw ma jiżżux ħajr
  74. Huma ħadu allat (oħra) minflok lil Alla, biex forsi jsibu l-għajnunal
  75. Ma jistgħux jgħinuhom, minkejja li (il-pagani) huma suldati mħejjija (biex jaqdu lill-idoli)
  76. Ara li ma jnikktekx kliemhom (Muħammad, meta jgħidu li inti saħħar jew poeta). Aħna tabilħaqq nafu dak li jaħbu u dak li juru fil-beraħ
  77. Mela l-bniedem ma jarax li Aħna ħlaqnieh minn nitfa (ta' sperma) 2 Iżda hawn huwa (il-pagan): wieħed li jħaqqagha magħna bil-miftuħt
  78. Huwa (mingħalih irid) jagħtina tixbiha, filwaqt li jinsa l-ħolqien tiegħu (minn daqsxejn ta' sperma), u jgħid: 'Min jagħti l-ħajja lill-għadam meta jkun imħassar (fil- qabarji)
  79. (Għidflu Muħammad): ''Dak li ħalqu l-ewwel darba jagħtih il-ħajja, u Huwa jaf kollox dwar kull ħliqa
  80. Dak li mis-siġar ħodor takom in-nar, u arakom, intom tkebbsu minnu
  81. Jaqaw mhux Dak li ħalaq is-smewwiet u l-art li għandu s-setgħa joħloq bħalhom (u jqajjem mill-ġdid. lill- bnedmin wara mewthom) Mela (tassew jista' jagħmel dan)L Huwa l-Ħallieq li jaf kollox
  82. L-amar tiegħu, meta jrid xi ħaġa, ikun biss li jgħidilha: 'Kunl' u tkun
  83. Mela sebħ lil Dak li f'idejh għandu s-saltna ta' kull ħaġa, u lejh għad titreġġgħu lura (fl-Aħħar Jur)