35.The Originator
- It-tifħir lil Alla, Ħallieq is-smewwiet u l-art, li għamel lill-anġli mibgħutin bil-ġwienaħ inejn, tlieta, u erba' (ġwienaħ). Huwa jżid fil-ħolqien dak li jrid. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan
- Il-ħniena li Alla juri lin-nies, ħadd ma jista' jwaqqafha, u dak li Huwa jwaqqaf, ħadd warajh ma jista' jibagħtu, Huwa l-Qawwi. l-Għaref
- Ja nies, ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom. Jaqaw hemm xi ħallieq (ieħor) għajr Alla, li jagħtikom l-għajxien mis- sema u mill-art) Ma hemmx alla ħlieful Mela kif titqarrqu
- Jekk (issa, Muħammad, il-paġani) igiddbuk, (ftakar li) tassew tgiddbu Mibgħutin (oħra) qablek. Lejn Alla għad jerġa' lura kollox
- Janies, il-wegħda ta' Alla hija tabilħaqq minnha. Mela araw li l-ħajja (f'din) id-dinja ma tqarraqx bikom, u li ma jqarraqx bikom dwar Alla (ix-Xitan) il-qarrieq
- Ix-Xitan huwa tabilħaqq l-għadu tagħkom. Mela żommuh b'għadu (tagħkom). Huwa jsejjaħ biss lil dawk li jżommu miegħu biex ikunu minn nies in-Nar iħeġġeġ
- Dawk li jiċħdu t-twemmin għandhom kastig qalil, iżda dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom maħfra u ħlas kbir
- Jaqaw dak (il-midneb) li jiżżejjinlu l-ħażen ta' għemilu, hekk li jarah sabiħ u tajjeb (huwa daqs min jinsab fit-triq it-tajba) 7 Alla tabilħaqq itellef it-triq lil min irid, u juri t- triq lil-min irid. Għalhekk toqgħodx tinfena għaliex titħassarhom. Tabilħaqq li Alla jaf sew b'dak li jagħmlu
- Alla huwa li jibgħat l-irjieħ, u (dawn) iqanqlu s-sħab, u mmexxuh lejn belt mejta, u bih nagħtu ħajja lill-art wara mewtha (bin-nixfa). Hekk ukoll il-Qawmien mill-imwiet
- Min irid il-qawwa, ta' Alla hija l-qawwa kollha, Lejh jitla' l-kliem tajjeb, u jerfa' (lejh) l-għemil tajjeb. Iżda dawk li jnassu l-għemejjel il-ħżiena għandhom kastig qalil. It-tnassis ta' dawk jiġi fix-xejn
- Alla ħalaqkom minn trab, imbagħad minn nitfa. (ża' sperma), u mbagħad għamilkom f'żewġ (għamliet: raġel ul mara). Ebda mara ma titqal u lanqas twelled għajr bl- għarfien tiegħu. Lanqas ma jgħix il-bniedem fit-tul, jew jitnaqqaslu għomru, jekk mhux (ivvniżżel) fi. ktieb. Tabilħaqq li dan, għal-Alla, huwa ħafif
- Iż-żewġt ibħra ma humiex l-istess: dan ħelu manna, u tieħu r-ruħ meta tixorbu, u dan mielaħ u morr. (Madanakollu) mit-tnejn li huma tieklu laħam tari, u toħorġu (minnhom) ġojjelli li tilbsuhom. U tara fih (fil- baħar) l-imriekeb joforqu l-mewġ, biex (bihom) tfittxu t- tjieba tiegħu, u biex forsi tiżżu ħajr
- Huwa li jdaħħal il-lejl fin-nhar, u jdaħħal in-nhar fil- lejl, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt is-setgħa (tal-liġi tiegħu), kull wieħed minnhom idur (fid-dawra' tiegħu) għal żmien imsemmi: Dak huwa Alla Sidkom; tiegħu s- Saltna U dawk (l-allat l-oħra) li intom issejħu minfloku ma jaħkmu lanqas fuq qoxra ta' għadma ta' tamra
- Jekk. issejħulhom, huma ma jisimgħux is-sejħa tagħkom, u anki kieku jisimgħukom, ma jkunux jistgħu jweġbukom. F'Jum il-Qawmien huma jiċħdu x-xirka tagħkom (magħhom). Ħadd ma jħabbarlek (Muħammad) bħal Dak li jaf sewl
- Ja nies, intom il-foqra (li teħtieġu) lil-Alla, filwaqt li Alla huwa l-Għani li jistħoqq kull tifħir
- Jekkirid, jeqridkom u jġib ħolqien ġdid
- Dan għal Alla mhux tqil
- Dik (ir-ruħ) li terfa' t-toqol (tad-dnub. tagħha) ma terfax it-toqol ta' ruħ oħra. Jekk ruħ imtaqqla (bid-dnub) issejjaħ. (biex xi ħadd jerfa') it-toqol tagħha, xejn ma jintrefa' minnu, lanqas jekk (li/ min issejjaħ) ikun qarib (tagħha). Int (Muħammad) twissi biss lil dawk li jibżgħu minn Sidhom bil-moħbi u jagħmlu t-talb. Min jissaffa, jissaffa biss għalih innifsu. Lejn Alla t-tmiem: (tal- bniedem)
- L-agħma u min jara ma humiex bħal xulxin
- lanqas id-dlamijiet u d-dawl
- lanqas id-dell u s-sħana tax-xemx
- il-ħajjin u l-mejtin ma humiex bħal xulxin. Tabilħaqq li Alla jsemma' lil-min irid, iżda inti (Muħammad) ma ssemmax lil min huwa fl-oqbra
- Inti biss wieħed li jwissi
- Aħna bgħatniek bis-sewwa, biex tagħti l-bxara t-tajba u twissi. Ma kienx hemm nazzjon li ma ġiex fih min iwissi
- U jekk (issa) qegħdin igiddbuk (kun af Muħammad li huma) tassew giddbu (ukoll) lil-dawk ta' qabilhom. Il- Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, bil-Kotba mqaddsa, u bil-Ktieb li jagħti d-dawl (it-Tora)
- Imbagħad qbadt lil dawk li m'emmnux. Kemm kienet (tal-biża ') il-kundanna tiegħi (kontrihom)l
- Mela ma tarax li Alla jniżżel ilma mis-sema, u bib noħorġu frott ta' bosta lwien. U fl-iġbla hemm mogħdijiet bojod u ħomor, ta' bosta lwien, u oħrajn suwed
- (U Alla ħalaq ġens) in-nies, il-bhejjem, u l-frat, ta' bosta Iwien ukoll. Dawk biss li jibżgħu minn Alla, fost il- qaddejja tiegħu, huma l-għorrief. Alla tabilħaqq Qawwi u Kollu Maħfra
- Tabilħaqq li dawk li jaqraw il-Ktieb ta' Alla, jagħmlu t- talb, u jonfqu (fil-karità) minn dak (il-ġid) li tajniehom, bil-moħbi u bil-miftuħ, jittamaw f'negozju li ma jmurx ħażin
- biex (Alla) jagħtihom: il-ħlasijiet tagħhom (kollha) u jżidhom mit-tjieba tiegħu (bla tarf). Huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u jiżżi ħajr
- Dak li nebbaħnielek mill-Ktieb huwa s-sewwa li jseddaq dak li (mebbaħ) qablu. Tabilħaqq li Alla jaf sew il-qaddejja tiegħu, u jara (kulma jagħmlu)
- Imbagħad tajna l-Ktieb b'wirt lil-min għażilna mill- qaddejja tagħna. Uħud minnhom jonqsu lejhom infushom, oħrajn jinsabu fit-triq tan-nofs, u oħrajn huma minn ta' quddiem fl-għemejjel ta' ġid, bir-rieda ta' Alla. Dik hija t-tjieba l-kbiral
- Huma jidħlu fil-Ġonna ta' l-Għeden u jiżżejnu bi brazzuletti tad-deheb u bil-perli. Ilbieshom fihom (dawk il-Ġonna) ikun tal-ħarir
- Huma jgħidu: ''It-tifħir lil Alla li warrab minna n-niketl Sidna tabilħaqq Kollu Maħfra u jiżżi ħajri
- Huwa Dak li, fit-tjieba tiegħu, qegħedna fid-Dar ta' dejjem; fiha ma tiġina ebda għeja u lanqas telqa
- Ta' dawk li ma jemmnux huwa nar l-Infern: ma jinqerdux u (lanqas) imutu (fih u t-tbatija tagħhom ma tintemmx); u l-kastig tiegħu. (ta' nar. l-Infern). ma jitħaffilhomx. Hekk inħallsu lil kull ingrat
- Huma jwerżqu fih ( 4 jgħidu): 'Sidna, oħroġna (minn hawn). Se nagħmlu l-ġid, mhux dak li konna nagħmlu (qabel)i' Mela ma tajnikomx għomor biżżejjed biex fih. min irid jiftakar (fit-twissija. tagħna), jiftakar(ha u jindem) 1 Ġiekom dak li jwissi (u bqajtu fil-ħażen. Mela issa) duqu (il-kastig fl-Infern)l Il-ħżiena ma għandhomx min jaqbeż għalihom
- Alla tabilħaqq jaf il-mistur tas-smewwiet u. l-art. Tabilħaqq li Huwa jaf x'hemm fil-qlub
- Huwa li għamilkom werrieta fl-art. Dak li ċaħad (lil Alla, ikollu jġorr) fuqu ċ-ċaħda tiegħu. Iċ-ċaħda. tat- twemmin ta' dawk bla twemmin ma tagħmilx ħlief iżżid lil Sidhom fil-mibegħda lejhom, u ċ-ċaħda tat-twemmin ta' dawk bla twemmin ma tagħmilx ħlief iżżidhom. fit- telfien
- Għid(ilhom. Muħammad): ''Mela. ma. rajtux. l-ixirka tagħkom li intom issejħu flok Alla Uruni x'ħalqu mill- art. Jaqaw għandhom sehem mis-smewwiet, jew. (/Orsi) tajniehom ktieb li huma ċerti minnu (ar /i jagħtihom xi jedd biex iqimu allat oħra ma' Alla) 2 Lel Il-ħżiena ma jwegħdux lil xulxin għajr il-qerqt
- Tabilħaqq li Alla jżomm is-smewwiet u l-art milli jżulu (minn. posthom): U jekk iżulu, ħadd, warajh, ma' jżommhom: Huwa tassew Kollu Ħlewwa u Sabar u Kollu Maħfra (mal-midinbin)
- Huma (nies Mekka, qabel ma deher Muħammad) ħalfu b'Alla l-akbar ħalfiet illi jekk jiġihom wieħed li jwissihom, kienu tassew se jkunu aktar fit-triq it-tajba minn xi wieħed mill-ġnus (l-oħra). Iżda meta ġiehom dak li jwissihom (il-Profeta Muħammad, il-miġja tiegħu) ma żidithomx ħlief fit-tnaffir. (tagħhom mit-twemmin tassew)
- għaliex tkabbru fl-art, u nassu l-ħażen. Iżda t-tnassis tal- ħażen ma jdurx għajr għal min jagħmlu, X'qegħdin jistennew ħlief id-drawwa (li Alla mexa biha) mal-ġnus tal-qedem 2 M'intix se ssib tibdil fid-drawwa ta' Alla, u m'intix se ssib ebda tluq mid-drawwa ta' Alla
- Mela ma terrqux fl-art, u ma rawx x'kien it-tmiem ta' dawk qabilhom, u li kienu akbar minnhom fil-qawwa 2 Xejn ma jfixklu lil Alla, ta fis-smewwiet u lanqas fl-art, Huwa tabilħaqq jaf kollox u jista' kollox
- Li kieku Alla jikkastiga lin-nies ta' dak li jagħmlu, kieku ma jħallix ħliqa fuq wiċċha (wiċċ l-art). Iżda huwa jtawlilhom (ħajjithom) sa żmien imsemmi, u meta jasal żmienhom, tabilħaqq li Alla jara sew il-qaddejja tiegħu (u-xejn ma jaqbiżlu)