34.Sheba
- Tifħir lil Alla li tiegħu hu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u tiegħu t-tifħir fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra). Huwa l- Għaref, li jaf sew (dwar kollox u kulħadd)
- Huwa jaf b'dak li jidħol fl-art u b'dak li joħroġ minnha, b'dak li jinżel mis-sema u b'dak li jitla' fiha. Huwa l- Ħanin, Kollu Maħfra
- Dawk li jiċħdu t-twemmin qalu: ''Is-Siegħa qatt ma hija se tiġi fuqnaf' Għid(ilhom): 'Iva, (naħlef) fuq Sidi (il- Mulej) li tassew tiġi fuqkom, (u dan naħilfu) fuq (dak Sidi) li jaf il-ħwejjeġ mistural Ma jaqbiżlu (xejn, lanqas) it-toqol ta' atomu, la fis-smewwiet u lanqas fl-art, u ma hemmx iżgħar minn dak, u lanqas akbar, li ma jinsabx fi Ktieb mill-aktar ċarl
- Dan biex jagħti l-ħlas (xieraq) lil dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Dawk ikollhom maħfra u ġid tajjeb u kotran
- Iżda dawk li jħabirku biex ifixklu (u jxejnu) is-sinjali tagħna, ikollhom kastig ta' wġigħ
- Dawk li ngħataw l-għarfien jaraw li dak (il-Ktieb) li tniżżillek. (Muħammad) mingħand Sidek huwa s-sewwa, u jmexxi lejn it-triq tal-Felħan, li jistħoqq kull tifħir
- Dawk li jiċħdu t-twemmin qalu (bi rkasbir): ''Tridux nurukom raġel li jħabbrilkom li, meta tkunu tfarraktu għal kollox (fl-oqbra wara mewtkom), terġgħu. tkunu f'ħolqien ġdid
- Jaqaw (dan) qala' xi gidba dwar Alla, jew inħakem mill-ispirti) Le (mhux hekk)l Dawk li ma jemmnux fil- (Ħajja) l-Oħra jinsabu fil-kastig, u f'telfien kbir
- Mela ma jarawx x'hemm quddiemhom u warajhom fis- sema u fl-art 2 Jekk irridu, inġiegħlu l-art tiblagħhom, jew inwaqqgħu għal fuqhom bċejjeċ mis-sema. Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal kull qaddej niedem
- Aħna tassew tajna lil David tjieba mingħandna (meta għedna): 'la iġbla u tjur. faħħru (il A/la) flimkien miegħut' (Mhux biss, iżda) rattabnielu l-ħadid
- (u għednielu): 'Agħmel (minnu) kurazzi, u kejjel sewwa l-ħoloq (żagħhom)t U (intom ilkoll), agħmlu l-ġidi Jiena tabilħaqq nara kulma tagħmlul
- Lil Salamun (rajnieh is-setgħa) fuq ir-riħ: filgħodu jonfoħ u jasal f'bogħod milħuq f'xahar (safar), u filgħaxija jonfoħ u jasal f'bogħod milħuq f'xahar (safar). Aħna ġegħelna għajn ta' ram imdewweb igelgel għalih, u minn fost il-ġinn hemm min jaħdem quddiemu, bir-rieda ta' Sidi, U min minnhom iwarrab l-amar tagħna, indewquh mill-kastig tan-Nar iħeġġeġ
- Huma għamlulu kulma kien jixtieq: arkati, statwi, skutelli kbar bħal ġwiebi, u kaldaruni (ta' l-ikel) imqegħdin sew (f'posthom). ''Ja nies David, aħdmu b'radd ta' ħajrl' Iżda huma ftit il-qaddejja tiegħi li jagħtu ħajr
- U meta qtajna li huwa (Salamun) għandu jmut, ħadd ħlief dudu ta' l-art, li nawwarlu l-ħatar tiegħu, ma wriehom li kien miet. U meta (Sa/amn) waqa', il-ġinn intebħu li, kieku kienu jafu l-ħwejjeġ mistura, ma kinux jibqgħu fil-kastig ta' tkasbir
- (In-nies ta') Saba tassew kellhom sinjal f'arthom: żewġ ġonna; (wieħed): fuq il-lemin u (ieħor) fuq ix-xellug. 'Kulu mill-ġid ta' Sidkom (il-Mulej) u roddulu ħajr. (Għandkom) belt tajba, u Sid Kollu Maħfral
- Iżda huma ma tawx kas (u ma tawx ħajr), u għalhekk bgħatna għal fuqhom l-ilmijiet tad-diga (il-kbira) u biddilnielhom iż-żewġ ġonna tagħhom (li kellhom siġar ta' l-aqwa frott) bi tnejn oħra (b'siġar). li jagħmlu frott morr, bruka u xi ftit siġar tax-xewk
- Dak (il-ħlas) ħallasniehom talli m'emmnux. Jaqaw se nikkastigaw (/il xi ħadd) ħlief lil-dak li jiċħad it- twemmin
- Bejnhom/u bejn il-bliet li berikna qegħedna bliet oħra (qrib xulxin) li jidhru sew. u għamilniehom imbegħdin bil-qjies, għal min isiefer (u għedna): 'Terrqu fihom billejl u binhar, imħarsinf
- Qalu: ''Sidna (il-Mulej), agħmel li s-safriet tagħna jkunu aktar fit-tul'' Huma naqsu lejhom infushom u għalhekk għamilniehom stejjer (biex ħaddieħor jitkellem dwarhom u jieħu tagħlima minnhom) u xerridniehom għal kollox. Tassew li f'dan hawn sinjali għal kulmin jistabar, li jagħti ħajr
- Sewwa ħaseb ix-Xitan fuqhom, u huma mxew warajh, ħlief għal ġemgħa ta' nies li jemmnu
- Ma kellux setgħa fuqhom ħlief biex inkunu nafu lil dak (fosthom) li jemmen fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) minn dak li jinsab fid-dubju dwarha, Sidek (il-Mulej) iħares lil kollox (ar lil kulħadd mill-ħsara)
- Għid(ilhom Muħammad lill-pagani): 'Sejħu lil dawk (l- allat) li tgħidu li huma minflok Alla. Huma ma għandhomx. it-toqol ta' atomu (wieħed biss, la) fis- smewwiet u lanqas fl-art, u ma għandhom ebda sehem fihom it-tnejn, u ( 4/la) ma għandu (bżonn) lil ħadd minnhom biex jgħimu
- Ma tiswa xejn l-interċessjoni miegħu, ħlief lil-min (Alla). iħallih (li jagħmel dan). U meta l-biża' jħalli qlubhom (dawk (i jinterċedu f'Jum: il-Ġudizzju) jgħidu (lil xulxin): X'qal Sidkomi' Huma jgħidu: ''Is-sewwal Huwa l-Għoli, il-Kbir
- (Għidċilhom ukoll. Muħammad): ''Min. jagħtikom. l- għajxien. mis-smewwiet u. l-artf' Għid: 'Allal U tabilħaqq li, jew aħna jew intom, ninsabu fit-triq it-tajba, jew f'telfien mill-aktar ċar
- Għid(ilhom): 'Ma tkunux mistoqsijin dwar xi ħażen li għamilna, ti ma nkunux mistoqsijin dwar dak li tagħmlu
- Għid(ilhom lill-paġani): 'Sidna (il-Mulej) jiġmagħna (ilkoll flimkien). imbagħad. jagħmel. ħaqq. minna. fis- sewwa. Huwa l-Imħallef (ġusi) li jaf kollox
- Għid(ilhom Muħammad): ''Uruni lil dawk (l-allat l- aħra) li laqqajtu miegħu bħala ixirka (tiegħu). Le (dan ma tistgħux tagħmluh)i Huwa Alla l-Felħan, l-Għaref
- Aħna ma bgħatniekx (Muħammad) jekk mhux għall- bnedmin kollha, bħala xandar tal-bxara t-tajba u wieħed li jwissi, iżda ħafna min-nies ma jafux (dwar dan)
- Huma jgħidu: 'Meta (sseħħ) din il-wegħda, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa
- Għid(ilhom): ''Għandkom Jum imwiegħed li la titfgħuh lura u lanqas iġibuh 'il quddiem b'siegħa
- Dawk li jieħdu t-twemmin jgħidu: 'M'aħniex se nemmnu f'dan il-Qoran, u lanqas f'dak (li niżel fiż- żminijiet) ta' qablut' Li kieku tara l-ħżiena meta jkunu mġegħlin jieqfu quddiem Sidhom, kif iwaħħlu f'xulxint Dawk (fosthom). li kienu maħqurin jgħidu lil-dawk li ikabbru: 'Li kieku mhux minħabba fikom, konna nkunu minn dawk li jemmnur
- Dawk li tkabbru jgħidu lil dawk li kienu maħqurin: ZJaqaw aħna żammejniekom mit-tmexxija t-tajba wara li ġietkom/ 7 Le (twaħħlux fina); kontu intom il-ħatjinf
- Dawk li kienu maħqurin jgħidu lil dawk li tkabbru: Mhux hekk, iżda kien it-tnassis (tagħkom), lejl u nhar, meta kontu tordnawlna niċħdu lil Alla u nxierku (allat oħra) miegħu;' Huma żammu s-sogħba (moħbija ġewwa fihom) meta raw il-kastig, u Aħna qegħedna l-ktajjen madwar għenuq dawk li ċaħdu t-twemmin: Jaqaw se jitħallsu (ta' xi ħaġa oħra) għajr ta' dak li kienu jagħmlu
- Ma'bgħatna (gatt) f'belt lil min iwissi li l-għonja tagħha ma qalux: 'Aħna tabilħaqq niċħdu dak li kontu mibgħutin bihf
- Huma qalu: 'Aħna għandna aktar ġid u wlied, u m'aħniex se nkunu kastigati
- Għid(ilhom Muħammad): ' Tabilħaqq li Sidi jkattar il- ġid lil min irid, u jnaqqsu (lif min jidhirlu), iżda l-kotra tan-nies ma jafux
- Ma. humiex il-ġid tagħkom u lanqas uliedkom li jqarrbukom lejna. (Ma jersqux lejna) ħlief dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Dawk għandhom ħlas doppju ta' dak li għamlu, u jinsabu mħarsin (minn kull ħsara) fl- għamajjar (tal-Ġenna)
- Iżda dawk li jħabirku kontra s-sinjali tagħna, biex ifixkluhom, dawk jinġiebu fil-kastig
- (Għidfilhom Muħammad): 'Sidi tabilħaqq ikattar il-ġid lil min irid mill-qaddejja tiegħu, u jnaqqsu (lil min jidhirlu): Iżda kull ħaġa li tonfqu (għall-kawża tiegħu), Huwa jroddha (/ura lilkom). Huwa l-Aħjar li jagħti l- ġid
- Fil-Jum li (Alla) jiġborhom ilkoll, Huwa jgħid lill- anġli: 'Jaqaw dawn lilkom kienu jqimu
- Jgħidu (l-anġli): 'Sebħ lilek Inti li tħarisna, mhux huma. Le (mhux lilna taw qima), iżda kienu jqimu lill- ġinn: Il-kotra tagħhom jemmnu fihom
- Illum ma tistgħu tkunu la ta' ġid u lanqas ta' deni għal xulxin, U ngħidu lil dawk li għamlu l-ħażen: 'Duqu l- kastig tan-Nar li kontu tgiddbul
- Meta jingrawlhom il-versi ċari tagħna jgħidu: ''Dan ma huwiex ħlief raġel li jrid iżommkom minn dak li kienu jqimu missirijietkom.' U jgħidu (ukoll): 'Dan ma huwiex ħlief qerq maqlugħ minn żnied (dan ir-raġelji' Dawk li jiċħdu s-sewwa meta jaslilhom, jgħidu: ''Dan ma huwiex ħlief seħer biċ-ċart)
- Ma tajnihomx kotba biex jistudjawhom, u lanqas ma bgħatnielhom qablek (Muħammad) lil min iwissi/hom
- Dawk ta' qabilhom giddbu (is-sewwa) u (il-pagani) ma laħqux wieħed minn għaxra minn dak li tajniehom ((i/ ta' qabilhom). Huma giddbu l-Mibgħutin tiegħi. U kemm kienet kerha l-kundanna tiegħi (lilhom)i
- (Għidfilhom Muħammad): ''Inwissikom ħaġa waħda biss: li tqumu quddiem Alla, tnejn tnejn, kif ukoll waħidkom, imbagħad aħsbu sewt F'seħibkom (Muħammad) ma hemmx il-ġinn (u huwa f'sensih). Ma huwiex għajr bniedem li jwissikom, quddiem kastig qalil (li riesaq fuqkom)
- (Għidfilhom ukoll): ''Dak il-ħlas li tlabtkom huwa għalikoml Jiena ħlasi minn Alla biss (u lilkom ma nitlobkom xejn), u Huwa Xhud ta' kollox
- Għid (Muħammad): 'Tabilħaqq li Sidi (il-Mulej) jibgħat is-sewwa bil-qawwa. Huwa jaf il-ħwejjeġ mistura
- Għid (ukoll): ''Is-sewwa' ġie, filwaqt li l-qerq ma jibda xejn, u lanqas iġedded
- Għid: 'Jekk nintilef, nintilef biss għalija nnifsi, u jekk inkun fit-triq it-tajba, dan ikun bis-saħħa ta' dak li jnebbaħni Sidi. Huwa tassew jisma' kollox, (dejjem) fil- qrib
- (Kieku tara/hom) meta jkunu mbeżżgħin, u ma jkunx hemm minn fejn jaħarbu. Imbagħad jittieħdu minn post fil-qrib
- u jgħidu: 'Emminna fih (f'Muħammad u fil-Qoranji' Iżda kif jistgħu jilqgħuh. (it-twemmin) minn. post imbiegħed
- meta qabel kienu ċaħduh u kienu jħawdu bla għarfien minn post imbiegħed
- Ikun hemm x'jifred bejnhom u bejn dak li jixtiequ, kif sar qabel ma' min kien bħalhom. Huma tabilħaqq kienu f'dubju (li ħalliehom) bejn ħalltejn