33.The Clans

  1. Ja Profeta, ibża' minn Alla, u la toqgħodx għal dawk li ma jemmnux, u dawk ta' wiċċ b'ieħor. Tabilħaqq li Alla jaf' kollox, Għaref
  2. U imxi fuq dak li jitnebbaħlek minn Sidek (il-Mulej). Tassew li Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
  3. Ħalli f'idejn Allat Alla biżżejjed biex jieħu ħsieb (il- qaddejja tiegħu)
  4. Alla ma għamel lil ebda raġel żewġt iqlub f'sidru, lanqas ma għamel in-nisa tagħkom li intom. tiddivurzjaw. biż- zihar'. (billi. tiddikjaraw li. huma. projbiti. għalikom), ommijietkom, u lanqas. għamel l-ulied li intom tadottaw, uliedkom. Dan (ma huwa xejn ħlief) kliemkom (li tgħidu) b'fommkom (u fih ma hemm ebda verità), iżda Alla jgħid is-sewwa u juri t-triq it-tajba
  5. Sejħulhom. (b'isem) missirijiethom dan hu aktar ġust quddiem Alla, u jekk ma tafux lil missirijiethom, (qisuhom bħala) ħutkom fil-fidi, u mħarsin minnkom. M'intomx ħatja ta' xi żball (li tistgħu tagħmlu dwar dan), iżda (tkunu ħatja) ta' dak li qlubkom ikunu fasslu minn qabel, Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin
  6. Il-Profeta jistħoqqlu jieħu ħsieb dawk li jemmnu (i jħoss aktar. għalihom) milli huma lejhom infushom, u. n-nisa tiegħu huma (Bħal) ommijiethom. Il-qraba huma l-aktar li jistħoġqu (il-wirt) mingħand xulxin, skond il-Ktieb ta' Alla, milli huma dawk. li jemmnu u dawk (il-Misilmin) li emigraw (minn Mekka, li jissejħu Muhaġirin). Madanakollu (huwa permess) li tagħmlu l-ġid ma' sħabkom. Dak jinsab miktub fil-Ktieb
  7. (U ftakar) meta dħalna f'rabta mal-Profeti, u miegħek, u ma' Noċ, Abraham, Mosċ, u Ġest bin Marija; dħalna magħhom f'rabta qawwija
  8. biex (Alla, fil-Ġudizzju) jistaqsi lill-(Proferi). ġusti (tiegħu) dwar is-sinċerità tagħhom (fix-xandir. tal- messaġġ divin), u għall-ħżiena ħejja kastig ta' wġigħ
  9. Intom li temmnu, semmu l-grazzja ta' Alla magħkom meta ġew għalikom suldati. (tal-partiti: magħquda f'alleanza kontrikom biex jaħbtu għalikom). u. Aħna bgħatna fuqhom riħ u suldati (oħra) li intom ma rajtux. Alla jara sew dak li tagħmlu
  10. Meta ġewkom minn (għoljiet) fuqkom u minn (widien) taħtkom, u meta tberrqu l-għajnejn (bit-twerwir li ħakimkom), u l-qlub telgħu fil-griżmejn (bil-biża ' kbir), u ħsibtu (bosta) ħsibijiet dwar Alla
  11. dak il-ħin kienu mġarrbin dawk li jemmnu, u theżżu theżżiża kbira
  12. U (ftakar ukoll Muħammad) meta dawk. ta' wiċċ b'ieħor u dawk li għandhom marda fi qlubhom. qalu: SAlla u l-Mibgħut tiegħu ma wegħduniex ħlief stħajjil
  13. U meta ġemgħa minnhom qalet: ''Ja nies (il-belt ta') Jatrib (li wara ssejħet. Medina), ma hawnx. post għalikoml Mela erġgħu lura (lejn djarkom)i' U wħud minnhom (ta' wiċċ b'ieħor) talbu l-permess tal-Profeta (biex jitilqu u) qaluflu bi skuża): '' Tabilħaqq li djarna ma humiex imħarsa,' minkejja li ma kinux mikxufa, u ma ridux ħlief li jaħarbu (mir-taqbid)
  14. (Kieku l-għedewwa) daħlu fuqhom minn (bosta) inħawi tagħha (tal-belt ta' Medina), u (ta' wiċċ b'ieħor) ntalbu (mill-għedewwa) iqumu (u jitqabdu kontra l-Misilmin), kienu jagħmlu hekk mingħajr ħafna dewmien u bla ma joqogħdu jaħsbuha
  15. Kienu tassew wegħdu lil Alla, qabel (it-taqbida tal- Foss), li ma jagħtux daharhom (u jħallu dmirhom, iżda) il-kelma li tingħata lil Alla għad tkun mistoqsija (f'Jum il-Qawmien)
  16. (Għidilhom, Muħammad, lil ta' wiċċ. b'ieħor): 'Il-ħarba ma hija se tiswielkom xejn, jekk (taħsbu li tistgħu) taħarbu mill-mewt jew. mill-qtil: U. anki jekk. (taħarbu), ma tingħatawx żmien biex tgawdu (il-ħajja) jekk mhux għal fil
  17. (Għidfilhom) ukoll: 'Min hu dan li jħariskom. minn Alla, jekk (Alla) iridilkom xi deni, jew iridilkom xi ħnienaf' Ma jsibu lil ħadd min iħarishom jew jgħinhom għajr lil Alla
  18. Alla tassew jaf b'dawk (fa' wiċe b'ieħor) fostkom li jfixklu (ill-Misilmin), u li jgħidu lil ħuthom: 'Ejjew għandna (u ħallu lil Muħammad u lil-sħabuji' U ma jiġux biex jitqabdu, ħlief ftit (u jagħmlu hekk biex jidhru)
  19. u'huma xħaħ magħkom (fil-ħniena, fl-imħabba, u fl- għajnuna, għaliex ma'jistiqulkamx il-ġid), U meta' jiġil:) biża' (minħabba t-ragbid), tarahom. iħarsu. lejk (Muħammad); b'għajnejhom iduru bħal ta' wieħed mitluf pin sensibi minħabba. l-kwt (IE tkini Diċsġa 'ejfi) Iżia meta l-biża' jħallihom, huma jsawtukom b'ilsna jaqtgħu, fix-xeħħta. (u filkilba' tagħhom): għall-ġid: (u għall-priża mirbuħa fit-taqbid). Dawk ma jemmnux (tassew), u Alla ġab fix-xejn l-għemejjel tagħhom. Għal Alla, din hija ħaġa ħafifa
  20. Huma jaħsbu li l-partiti (magħquda) ma telqux (minn madwar. Medina), u jekk fdawn) il-partiti (jerġgħu) jiġu (għal: ħbit ieħor), huma jkunu jixtiequ (i kieku jinsabu (il bogħod): fost. il-bedwini. (Għarab). tad-deżert, U. jistaqsu dwar aħbarkom. U kieku kienu magħkom, ma kinux jitqabdu, għajr ftit (i xejn, għaliex jibżgħu għal ħajjithom)
  21. Tabilħaqq li fil-Mibgħut ta' Alla (Muħammad) għandkom mudell sabiħ: (biex fimxu fuqu u eżempju mill-aħjar) għal min jittama f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jsemmi lil Alla bil- bosta
  22. Meta dawk li emmnu raw il-partiti (magħquda mħejjija għat-taqbid), qalu: ''Dan huwa dak li Alla u l-Mibgħut tiegħu wegħduna (mera qalulna li għandna niġġarrbu u mbagħad noħorġu rebbiħin), u Alla u l-Mibgħut tiegħu qalu s-sewwal' Dan ma żidhomx jekk mhux fit-twemmin u (fir- rieda qawwija) li jintelqu (f'idejn Alla)
  23. Fost dawk li jemmnu hemm irġiel li żammu kelmithom li taw lil-Alla (u tqabdu bil-qlubija kollha). Hemm minnhom. li taw ħajjithom. (fit-taqbid għal Alla), u (oħrajn): minnhom. li qegħdin jistennew (li jagħmlu bħalhom) u ma biddlu xejn (il-fehma u l-kelma tagħhom li taw lil Alla)
  24. biex Alla jħallas lil nies is-sewwa tas-sewwa tagħhom, u jikkastiga lil ta' wiċċ b'ieħor. jekk irid, jew idur lejhom bil-maħfra. Tabilħaqq li Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin
  25. Alla radd lura lil dawk ta' bla twemmin fl-għadab tagħhom (u bagħathom minn fejn ġew). Huma ma kisbu ebda ġid (la f'din id-dinja u lanqas fl-Oħra): Alla ħeles mit-taqbid lil-dawk li jemmnu (meta bagħat riħ qawwi u qtajja' ta' anġli li ġġieldu għalihom). Alla huwa Qawwi u Felħan
  26. Huwa niżżel lil dawk minn fost Nies il-Ktieb li għenuhom (lil-Lhud- ta' Bamu Qurajza). mill-fortizzi tagħhom, u fi qlubhom tefa' l-biża'. Uħud qtiltuhom, u jassartu oħrajn
  27. Huwa għamilkom werrieta ta' arthom, djarhom, u ġidhom, kif ukoll art (oħra, imsejħa Ħajbar) li ma rfistux fuqha. Alla huwa fuq kollox Setgħanl
  28. Ja Profeta, għid lin-nisa tiegħek (i ġegħdin jitolbuk iżżid in-nefġa għalihom): ''Jekk tridu l-ħajja f'(din) id- dinja u ż-żina' (u t-tlellix) tagħha, ejjew u nagħtikom in- nefqa li tmur mad-divorzju, u nħallikom tmorru kif jixraql
  29. Iżda jekk tridu lil Alla, lill-Profeta tiegħu, u l-Aħħar Dar (fil-Ġenna), tabilħaqq li Alla ħejja ħlas kbir għal dawk minnkom li jagħmlu t-tajjeb
  30. Ja nisa tal-Profeta, jekk xi ħadd minnkom jagħmel għemil ċar ta' faħx, il-kastig tagħha jkun doppju. Għal Alla din hija ħaġa ħafifa
  31. Iżda (intom, in-nisa tal-Profeta Muħammad) min minnkom tingħata (kollha kemm hi) għal Alla u għall- Mibgħut tiegħu, u tagħmel il-ġid, nagħtuha l-ħlas tagħha għal darbtejn, u ħejjejna għaliha ġid tajjeb u kotran
  32. Ja nisa tal-Profeta, m'intom bħal ebda waħda min-nisa (l-oħra). Jekk tassew tibżgħu minn Alla (u tobduh), mela tintelqux bil-kliem. (ma' min hu barrani għalikom, u tippruvawx tidhru ħelwin) li ma jmurx jixtieqfkom) dak li f'qalbu għandu marda, u għidu (biss) kliem xieraq
  33. Ibqgħu fi djarkom (u roħorġux jekk mhux għall-bżonn), u tperrċux ġmielkom ( 4 rikxfux ġisimkom) bħalma kien isir qabel, fi żmien l-injuranza (qabel ma deher l-Islam), u agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u oqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu Alla jrid biss ineħħi minn fuqkom, nies id-dar (tal-Profeta), it-tinġis (kollu) u (jrid) isaffikom għal kollox
  34. Ftakru wkoll f'dak li jinqara fi djarkom mill-versi ta' Alla, u l-għerf: Tabilħaqq li Alla jaf l-irqaqat kollha, u jaf sew
  35. Tassew li l-irġiel u n-nisa Misilmin, l-irġiel u n-nisa li jemmnu, l-irġiel u n-nisa devoti, l-irġiel u n-nisa li jgħidu s-sewwa u jagħmlu l-ħaqq, l-irġiel u n-nisa li jistabru, l- irġiel u n-nisa umli, l-irġiel u n-nisa li jagħtu karità, l- irġiel u n-nisa li jsumu, l-irġiel u n-nisa li jħarsu s-safa tal-partijiet privati tagħhom, u l-irġiel u n-nisa li jiftakru ħafna f'Alla Alla ħejja għalihom maħfra u ħlas mill- kbar
  36. Meta Alla u l-Mibgħut tiegħu jaqtgħu (Żi għandha sseħħ) xi ħaġa, ebda raġel jew mara li jemmnu ma jixraq li jkollhom għażla fil-kwistjoni tagħhom. Min ma joqgħodx għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, ikun mitluf f'telfien (mill-aktar) ċar
  37. (Ftakar Muħammad) meta' għedt lil dak (Żajd) li-Alta kien tah grazzja, u li inti wrejt tjieba miegħu (u rabbejtu bħal iben): 'Ibqa' ma' martek u ibża' minn Alla (u obdih);' filwaqt li kont qiegħed taħbi fik innifsek dak li Alla kien se juri, u bżajt min-nies (għaliex jgħidu li Muħammad iżżewweġ il-mara tat-tifel addottat tiegħu, ftakar: li): Alla jistħoqqlu iżjed li tibża' minnul Meta (imbagħad) Żajd qata' xewqtu minnha u (telaqha), Aħna żewwiġnihielek, biex (fil-ġejjieni) ma jkun hemm ebda xkiel għal dawk li jemmnu (dwar iż-żwieġ ma') in-nisa ta' wliedhom tar-rispett, meta dawn jaqtgħu xewqithom minnhom (ts jitilquhom). L-amar ta' Alla jsir dejjem 'l
  38. Ma hemm ebda xkiel għall-Profeta f'dak li. Alla ordnalu. Dik kienet id-drawwa ta' Alla ma' dawk. (il- Profeti) li għexu qabel, u l-amar ta' Alla kien maħsub minn qabel u żgur iseħħl
  39. Dawk. (il-Profeti) li jħabbru l-messaġġi ta' Alla, jibżgħu minnu (u jobduh f'kollox) u ma jibżgħu minn ħadd ħlief minn Alla. Alla huwa biżżejjed biex jagħmel il-kontijiet
  40. Muħammad ma huwa. missier ħadd mill-irġiel tagħkom, iżda huwa l-Mibgħut ta' Alla u s-siġill tal-Profeti (f'sensiela twila ta' Profeti ta' Alla). Alla jaf kollox
  41. Intom li temmnu, ftakru ħafna £ Alla (u faħħruh)
  42. usebbħuh filgħodu u filgħaxijal
  43. Huwa li jsawwab il-barka tiegħu fuqkom, u l-anġli (jagħmlu bħalu), biex joħroġkom mid-dlamijiet għad- dawl. Huwa Ħanin ma' dawk li jemmnu
  44. It-tislima tagħhom dakinhar li jiltaqgħu miegħu. tkun: 'Sliemt' Huwa ħejja għalihom ħlas tajjeb u kotran
  45. Ja Profeta, Aħna tabilħaqq bgħatniek biex tixhed, tħabbar il-bxara t-tajba, u twissi
  46. u(biex) issejjaħ (lill-bnedmin iduru) lejn Alla, bir-rieda tiegħu, u (tkun bħal) musbieħ jiddi
  47. Agħti l-bxara t-tajba lil-dawk li jemmnu (u għidilhom) li għalihom hemm tjieba kbira minn Alla
  48. La toqgħodx għal dawk li ċaħdu t-twemmin, u għal dawk ta' wiċċ b'ieħorl Ħallik mill-ħsara tagħhom (kontrik), u ħalli f'idejn Allal Alla biżżejjed biex jieħu ħsieb (kollox)
  49. Intom li-temmnu, meta tiżżewġu nisa li jemmnu, imbagħad titilquhom qabel ma tmissuhom, ma tistgħux torbtuhom bi żmien ta' stennija. Mela agħtuhom xi għotja (bħala kumpens) u itilquhom kif jixraq
  50. Ja Profeta, Aħna ppermettejnielek in-nisa tiegħek: dawk li tagħti d-dota tagħhom, dawk l-ilsiera li għandek f'idek il-leminija minn dawk li tak Alla, il-bniet ta' ħu missierek u ta' l-aħwa bniet ta' missierek, il-bniet ta' ħu ommok. u ta' l-aħwa bniet ta' ommok, li emigraw miegħek (minn Mekka għal Medina), u mara li temmen li tagħti lilha nnifisha lill-Profeta (mingħajr dora), jekk il- Profeta jkun irid jiżżewwiġha. (Dan il-privileġġ ikun) għalik biss u mhux għal dawk li jemmnu. Aħna nafu dak li ordnajnielhom dwar in-nisa tagħhom u l-ilsiera li għandhom taħt idejhom (iuma inti, Muħammad, għandek Privileġġi speċjali) biex ma' jkun hemm ebda xkiel għalik. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
  51. Inti. (għandek il-jedd) iżżomm lura: lil-min trid minnhom. u tilqa' għandek lil min trid (minnhom), u ma għandek ebda ħtija jekk tixtieq xi waħda minn dawk (in- nisa tiegħek) li tkun infridt (minnhom għal xi żmien). Dan huwa eqreb lejn dak li tixtieq qalbhom, u ma jitnikktux, u Ikoll jithennew b'dak li inti (Muħammad) tajthom. U Alla jaf x'hemm fi qlubkom. Alla jaf kollox u Kollu Sabar mal-midinbin
  52. Minn issa 'l quddiem ma jistax ikollok nisa oħra, u (inr- nisa li għandek) ma tistax tibdilhom ma' nisa oħra, anki jekk jogħġbok ġmielhom, ħlief l-ilsiera li għandek f'idek il-leminija. Alla jgħasses fuq kollox
  53. Intom li temmnu, tidħlux fi djar il-Profeta ħlief jekk tkunu mistednin għall-ikel, mingħajr ma (taslu kmieni ħafna u toqogħdu). tistennewh isir. Iżda meta tkunu mistednin, idħlu (u kulu), u meta tkunu kiltu, xterdu (/ejn djarkom) bla ma tfittxu t-taħdit bejnietkom għall-wens. Tabilħaqq li dak (id-dewmien wara l-ikel) kien idejjaq lill-Profeta, iżda jistħi minnkom (u ma jgħidilkomx biex titilqu), Iżda Alla ma jistħix mis-sewwa (u jgħidujl U meta (lin-nisa tal-Profeta) titolbuhom xi ħaġa, araw li titolbuhom minn wara xi velu. Dak ikun (għemil) aktar safi għal qlubkom u qlubhom. Ma jixraqx li ddejqu lill- Profeta ta' Alla, u lanqas qatt ma għandkom tiżżewġu n- nisa tiegħu, warajh. Tabilħaqq li dik tkun ħaġa tassew kbira quddiem Alla
  54. Jekk turu xi ħaġa, jew jekk taħbuha, Alla tabilħaqq jaf b'kollox
  55. (Dawk in-nisa) ma' għandhom ebda ħtija (jekk jidhru mingħajr: velu) quddiem. missirijiethom, uliedhom, ħuthom, ulied ħuthom is-subien, ulied ħuthom il-bniet, in-nisa tagħhom, jew l-ilsiera li għandhom fil-leminija tagħhom. (Intom in-nisa) ibżgħu minn Allal Tabilħaqq li Alla huwa Xhud ta' kollox
  56. Tassew li Alla u l-anġli tiegħu jbierku lill-Profeta. Intom li temmnu, birkuh (intom ukoll billi titolbu lil Alla biex iħenn għalih u jagħtih ġieħ), u sellmuflu). tislima (tajba ut kif jixraq)
  57. Dawk li joffendu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, Alla jisħethom f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u ħejjielhom kastig ta' għajb
  58. U dawk li joffendu lill-irġiel u lin-nisa li jemmnu, għalxejn b'xejn, jitgħabbew (b toqol) ta' gideb u ta' ħtija mill-aktar ċara
  59. Ja Profeta, għid lin-nisa u lill-bniet tiegħek, u lin-nisa ta' dawk li jemmnu biex jilbsu l-ġi/hab tagħhom (għaliex dan. l-ilbies. jgħatti. ġisimhom. kollu). B'dan. jingħarfu aħjar (bis-safa tagħhom), u ma jitkasbrux (għaliex ma jkunux ittantati). Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
  60. Jekk dawk ta' wiċċ b'ieħor u dawk li għandhom marda fi qlubhom, kif ukoll ix-xewwiexa (kontra l-Islam) f'Medina ma humiex se jieqfu, tassew. li. nqangluk kontrihom. Imbagħad ma jdumux ġirien tiegħek fiha (dik il-belt) ħlief għal ftit (żmien)
  61. Misħutin (dawk in-nies), u kull fejn jinsabu, jinqabdu u jinqatlu (bla ħniena)
  62. (Din hija) id-drawwa ta' Alla ma' dawk (il-ġnus) li għexu qabel, u m'intix se ssib tibdil fil-liġi ta' Alla
  63. In-nies jistaqsuk (Muħammad) dwar is-Siegħa (tal- qawmien mill-imwiet). Għidilhom: 'L-għarfien dwarha jinsab biss għand Allaf' U xi jġiegħlek tkun taf (meta se. tasal is-Siegħa)' Jista' jkun li s-Siegħa tinsab qrib
  64. Tabilħaqq li Alla seħet lil dawk li jiċħdu t-twemmin u ħejja għalihom Nar iħeġġeġ
  65. Fih jibqgħu għal dejjem, bla ma jsibu min iħarishom u min jgħinhom
  66. Fil-Jum meta l-uċuħ tagħhom jitqallbu ( 1 jiddawru) fin- Nar, huma jgħidu: ''Mhux li obdejna lil Alla, u obdejna lill-Mibgħut (tiegħu ukollji)
  67. Huma jgħidu: ''Ja Sidna, aħna obdejna lis-sidien u lill- kbarat tagħna u (dawn) tellfuna t-triq (it-tajba)
  68. Sidna (il-Mulej), agħtihom kastig doppju, isħethom saħta kbiral
  69. Intom li temmnu, la tkunux bħal dawk li weġġgħu lil Mosċ (u gidbu fuqu). Alla ħelsu minn dak li qalu (kontrih). Huwa kien bniedem ta' ġieħ quddiem Alla
  70. Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla (u obduh f'kollox), u għidu kliem sewwal
  71. Huwa jsewwi l-għemejjel tagħkom u jaħfrilkom dnubietkom. Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, ikun rebaħ rebħa mill-kbarl
  72. Aħna offrejna r-responsabbiltà (għall-obbligazzjonijiet tagħna) lis-smewwiet, lill-art u lill-iġbla, u. dawn ma ridux (jilqgħuha u) iġorruha; u beżgħu minnha. Iżda l- bniedem tgħabba biha. Huwa tabilħaqq wisq inġust u ma jafx bil-bosta
  73. (Dak seħħ) biex Alla jikkastiga lill-irġiel u lin-nisa ta' wiċċ b'ieħor, u lill-irġiel u lin-nisa li jxierku (a/lat oħra ma' Alla), filwaqt li Alla jdur bil-maħfra lejn l-irġiel u n- nisa li jemmnu, Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin