32.The Prostration

  1. VAlif Lam, Mim
  2. Tinżil il-Ktieb (tal-Qoran lilek, Muħammad) li fih ma. hemmx dubju; minn Sid il-ħolqien
  3. Jaqaw (il-pagani ta' Mekka) qegħdin. jgħidu: 'Qalgħu (Muħammad) minn żniedu'' 2 Le (mhux hekkji Iżda huwa s- sewwa minn Sidek (il-Mulej lilek Muħammad) biex. twissi nies li ma ġihomx min iwissihom qablek, biex forsi jaqbdu t-triq it-tajba
  4. Huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art, u dak li jinsab bejniethom, f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron. Ma għandkomx min iħariskom, jew jidħol għalikom għajru. Jaqaw ma tiftakrux
  5. Imexxi kollox mis-sema għall-art, imbagħad kollox jitla' lura fejh (għall-Ġudizzji) f'Jum (hekk tal-biża' li taħsbu) li tulu jkun ta' elf sena bl-għadd tagħkom (ra' bnedmin li intom)
  6. Dak huwa (A/la) li jaf il-mistur u l-mikxuf, il-Qawwi, il- Ħanin
  7. li għamel tajjeb kulma ħalaq, u beda ħolqien il-bniedem minn tajn
  8. imbagħad għamel lil nislu maħruġ minn ilma mkasbar fl- isperma
  9. imbagħad sawru, nefaħ fih minn Ruħu, u għamlilkom is- smigħ, dawl għajnejkom, u l-qlub (u l-imħuħ biex iħossu u tifhmu bihom. Madanakollu). tassew ftit tiżżu ħajr rlill- Mulejjt
  10. (fil-pagani ta' Mekka) jgħidu: 'Jaqaw meta niġu fix-xejn (u nkunu midfunin) fl-art, se nkunu f'ħolqien ġdid'' Le, (ma jridux jemmmu)t Huma jiċħdu l-laqgħa ma' Sidhom
  11. Għid(ilhom Muħammad): 'L-Anġlu tal-mewt li tqabbad (minn. Alla) biex jiġi għalikom, jeħdilkom. ħajjitkom, u mbagħad titreġġgħu lura lejn Sidkom
  12. Kieku tara l-ħatjin (dakinhar tal-Ġudizzju), filwaqt li jbaxxu rashom (bil-mistħija) quddiem Sidhom, (kieku tismagħhom jgħidu): ''Sidna (il-Mulej), rajna. (is-sewwa tiegħek) u smajna (dak li konna niċħdu u ngiddbu), Mela. 4 reġġagħna lura (lejn l-art) biex nagħmlu l-ġid. Aħna J (issa) tassew nemmnu bis-sħiħ
  13. Kieku ridna, konna nagħtu. lil kull ruħ it-tmexxija t- tajba tagħha, iżda (issa) Kliemi (dwar il-kastig tal- ħżiena) seħħ, u tassew nimla l-Infern (bil-midinbin) minn fost il-ġinn u n-nies, ilkoll flimkien
  14. Mela duqu (il-kasrig), talli nsejtu l-laqgħa ta' dan il- Jum tagħkom. Tabilħaqq li Aħna (ukoll) insejniekoml U duqu l-kastig ta' dejjem ta' dak li kontu tagħmlul
  15. Jemmnu biss fis-sinjali tagħna dawk li, meta jitfakkru fihom, jinxteħtu fl-art iqimu (lil Alla), li jfaħħru s-sebħ ta' Sidhom, u ma jitkabbrux
  16. Ġisimhom iħalli l-friex u huma jsejħu lil Sidhom, fil- biża' u fit-tama, u jonfqu (fil-karità) minn dak. li tajniehom
  17. Ebda ruħ ma taf x'hena nżamm moħbi minnhom. ta' dak li kienu jagħmlu
  18. Jaqaw min jemmen huwa bħall-qarrieqż' Ma humiex indaqsi
  19. Dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom il-Ġonna tal-kenn fejn jgħammru, ta' dak (il-ġid) li kienu jagħmlu
  20. Imma l-ħatjin, il-kenn tagħhom fin-Nar, Kull darba li jkunu jridu joħorġu minnu, jitreġġgħu lura fih, u jintqal lilhom: ''Duqu l-kastig tan-Nar li kontu tgiddbuf
  21. Tassew indewquhom il-kastig iż-żgħir (fid-dinja). qabel il-kastig il-kbir (fil-Ħajja l-Oħra), biex forsi jerġgħu lura (għat-triq it-tajba)
  22. Min hu agħar minn dak li jitfakkar fis-sinjali ta' Sidu (il-Mulej), imbagħad iwarrab minnhom 2 Tabilħaqq li għad nitħallsu mill-ħatjin
  23. Aħna tassew tajna l-Ktieb (rat-Torġ) lil Mosċ, u la tkunx fid-dubju dwar il-laqgħa (tiegħek, Muħammad) miegħu. (il-Qoran), u. (il-Ktieb: tat-Tora): għamilnieh tmexxija għal Ulied Israel
  24. Għamilna minnhom mexxejja li juru t-triq bl-amar tagħna, meta stabru (fis-saram li ħabbru wiċċhom miegħu) u kienu jemmnu sħiħ fis-sinjali tagħna
  25. Tabilħaqq li Sidek jagħmel ħaqq minnhom (dawk li jemmnu u dawk li jieħdu t-twemmin) f'Jum il-Qawmien dwar dak li ma kinux jaqblu fuqu
  26. Jaqaw ma jitgħallmux (meta jaraw) kemm-il ġens qridna qabilhom, u li issa) huma jgħaddu minn (qrib) djarhom (l-imġarrfa). Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali. Mela ma jisimgħux
  27. Mela ma jarawx li Aħna nsuqu l-ilma lejn art niexfa u bih noħorġu ż-żera'' 2 Minnu jieklu l-bhejjem tagħhom, u huma nfushom. Mela ma jarawx
  28. Jgħidu (bi tkasbir il-pagani ta' Mekka lill-Misilmin): Meta hija din ir-rebħa (tagħkom fuqna), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa
  29. (Għidfilhom Muħammad): ''F'Jum ir-Rebħa (dakinhar ta' Jum il-Qawmien) ma jiswiex, lil dawk bla twemmin, it-twemmin tagħhom (ii juru fl-Aħħar Jum, għaliex ikun tard wisq) u lanqas jingħataw żmien (biex jindmu)
  30. Mela warrab minnhom (Muħammad) u stenna (biex tara x'kastig se jkollhomji Huma tabilħaqq qegħdin jistennew (ukoll biex jaraw x'se jiġri lilek u lill- Misilmin)